Iz-zona tal-Ospizio ssir zona residenzjali għall-Furjaniżi

Iz-zona tal-Ospizio ssir zona residenzjali għall-Furjaniżi

Bi problema kbira ta' riġenerazzjoni fil-Floriana, proposta tajba għandha tkun li z-zona tal-Ospizio ssir zona residenzjali fil-Floriana. B'bini modern, din il-proposta tattira mill-ġdid il-familji lejl il-Floriana, zona ċentrali li toffri wkoll veduta mill-isbaħ tal-Port ta' Marsamxett. Il-Floriana ilha tkun ta' servizz, b'bosta binjiet li tħaddan huma governattivi, li setgħu jkunu faċċilment residenzjali. Issa jmiss li nagħtu djar residenzjali lura lill-Furjaniżi kif inhu xieraq.

Points

Iz-zona m'għandhiex tkun housing komuni, iżda housing forma ta' maisonettes bħal m'hemm 'Fuq is-Sur'.

Nissuġġerixxi li l-Furjaniżi minnflok iżidu iktar żoni żviluppati ġodda, jħarsu lejn bini vojt u jirrinovaw dak mill-ġdid... Hemm ħafna minnu kieku. Iż-żona tal-Ospizju nissuġġerxxi li tiġi afforestata.

Idea tajba hafna li zgur tghin biex il-Floriana terga forsi tibda tiehu il-hajja. Ovvjament wiehed irid jara li jkun hemm pjan serju. U jekk hu possibbli tinghata preferenza lil Florjanizi (specjalment liz-zghazagh u familji ) li qeghdin ifittxu fejn joqghodu.

Idea tajba hafna li sarraf f'nies iktar Furjanizi jigu joqghodu lura lejn l-Furjana jew dawk li ghadhom qed iffitxu jkollhom l-opportunita' li jsibu gewwa l-Furjana.

In my opinion this does not sound like a good plan for the "regeneration" of Floriana. If anything, regeneration should start from all the abandoned properties, not by building new property. The end result is likely to be more abandonded properties in the heart of Floriana as obviously more people would be interested to buy a property in such a pristine area. I strongly believe that the regeneration of Floriana should begin from humble beginnings rather than suffocating the little space we have

Bhala cittadin furjaniz, naqbel mal-proposta ta' bini residenzjali u misuri ohrajn biex il-qalba tal-furjana tigi rigenerata u anki zoni ohrajn. Forsi s-soluzzjoni hija l-bilanc necessarju bejn bini gdid, restituzzjoni lura lill-furjana ta' areas li sa issa ttiehdu minn bini governattiv u skemi ta' rigenerazzjoni fil-parti centrali w antika tal-furjana. Zgur li hemm bzonn intervent illum qabel ghada.

@stephen camilleri: Fuq is-Sur, biswit Ġnien Vilhena, bini fuq is-swar hemm u ma kerrahx l-estetika tas-swar. Tkerrah l-estetika huwa l-proġett tal-Armata taħt il-Forka u mhux xi proġett residenzjali. Naqbel miegħek li hemm bżonn li jkun hemm bħal progett pilota fejn il-Gvern forsi jixtri propjetà privata li mhux qed tiġi użata, jikkonvertiha f'propjetà għaż-żmien tal-lum u jpoġġiha fuq is-suq. Iżda dik l-art hija art abbandunata li kif inhi bħalissa żgur mhux issebbaħ il-Floriana.

Ma naqbilx. Fil-Floriana mhux bini ghandna bzonn u bliet ohra l barra mic-centru. Li ghandna bzonn skemi bis-serjeta ghar-restawr tal-bini ezistenti. Inutli nibnu izjed bini. Hemm imbaghad ha nkerrhu l-iskyline tas-swar meta fuq is-swar taghna kullimkien bil-gonna. Iridu jsiru ncentivi bis-serjeta halli l-Furjana u l-bini l-antik jigu attraenti.

With underground multi-tier parking.

It'd be wiser if incentives were given to regenerate the vacant properties, rather than have yet another housing area on unbuilt land (which is rather scarce in Malta). The risk is that people would want to move to the nicer, modern area from other parts of Floriana as well, with the consequence that the latter would end up in an even worse situation.

Back to group

This content is created by the open source Your Priorities citizen engagement platform designed by the non profit Citizens Foundation

Your Priorities on GitHub

Check out the Citizens Foundation website for more information